Lokali Parlament

Jitressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ kontra One News

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius ressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ fil-parlament kontra One News dwar il-mod kif irrapportaw dibattitu tal-parlament.

Fis-seduta parlamentari tal-lum David Agius irrifera għal rapport ta’ One News imxandar fit-30 ta’ April 2020 fejn intqal li David Agius ma ndunax li kien qed jikkowta minn mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni stess.

Filwaqt li ddikjara li dan ir-rappurtaġġ ma kienx minnu, David Agius ikkwota dak li qal il-Prim Ministru u sostna li r-riferenza li hu saret minnu kienet għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma’ Steward u mhux għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni.