L-Italja kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li ħabbret lockdown nazzjonali fid-dawl tal-imxija preżenti. Issa wara xahrejn ta’ kwarantina, it-Taljani qed jippruvaw jerġgħu jirritornaw lura għal ħajja normali, li xi darba kienet, qabel il-Coronavirus.
Mil-lum it-Taljani se jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jivvjaġaw fir-reġjun tagħhom stess, iżuru l-familjari u l-qraba u kif ukoll fetħu l-ġonna u kif ukoll in-nies jistgħu jixtru l-ikel mir-ristoranti permezz ta’ take away.
Qed jassumu li aktar minn ħames miljun persuna llum se jkunu qed jirritornaw lura għax-xogħol.
Fl-Italja sa issa kien hemm mal-210,717 każ, fejn minnhom ġew irreġistrati kważi 30,000 mewta.
//= $special ?>