Lokali

Nikxfu laqgħa oħra sigrieta ta’ Joseph Muscat ma’ Robert Abela f’Kastilja

Ftit tal-ħin ilu intemmet laqgħa f’Kastilja li ħadet aktar minn 5 sigħat.

Robert Abela reġa’ sejjaħ lil Joseph Muscat f’Kastilja biex l-eks Prim Ministru jagħti l-pariri lill-Prim Ministru l-ġdid. Filfatt Robert Abela f’kummenti lil Net News wara din il-laqgħa saħaq li qed juża’ t-talenti ta’ Joseph Muscat.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia u l-ekonomista Clyde Caruana li huwa ċ-Chief of Staff ta’ Abela.

Joseph Muscat ma riedx jgħid dwar xiex kienet din il-laqgħa u kien għalekk illi staqsejna lil Robert Abela li wkoll mexa fuq l-istess passi ta’ Muscat u ma taghna ebda informazzjoni dwar xix kienet il-laqgħa.

Silvio Schembri ħareġ madwar nofs siegħa qabel ma ħarġu Muscat u Abela u għalekk il-laqgħa kompliet mingħajr il-Ministru tal-Ekonomija.

Ftit wara li Net News żvela din l-istorja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rreaġixxa permezz ta’ tweet.