Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ mal-Malta Federation of Professional Associations (MFPA) fejn matul din il-laqgħa saret diskussjoni dwar il-mod kif l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna qed tolqot lil din il-federazzjoni u l-professjonisti li huma membri tagħna, fejn 50% tal-membri tagħha huma professjonisti fil-qasam tas-saħħa.
Adrian Delia tkellem dwar it-teleworking u x’kunsiderazzjonijiet qed jittieħdu dwar il-mod li jsir ix-xogħol, mhux biss bħalissa waqt il-pandemija, iżda wkoll wara li tgħaddi l-imxija tal-COVID-19. Dan il-metodu, li qed jippromwovu iżjed matul dan iż-żmien, qed iwassal biex iżjed professjonisti u self employed jagħżlu li jaħdmu mid-dar għaliex joffri wkoll vantaġġi.
L-Malta Federation of Professional Associations qed tħares lejn realtà ġdida wara li tgħaddi l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna. Minn servejs li wettqet jirrizulta li professjonisti self employed irreġistraw tnaqqis fid-dħul tagħhom u rriżulta wkoll li hemm professjonisti li wara li tgħaddi l-pandemija qed jikkunsidraw li jibqgħu jaħdmu mid-dar.
Matul il-laqgħa, l-Kap tal-PN sema’ l-ħsibijiet tal-professjonisti li ddeskrivew id-diffikultajiet li qegħdin jaffaċjaw bħalissa f’dan iż-żmien inkluż id-diffikultajiet finanzjarji. Adrian Delia sema’ wkoll il-mod kif il-professjonisti qegħdin jippjanaw li jaffċċjaw dik li tista’ tkun realtà ġdida fix-xogħol tal-professjonisti. L-MFPA tirrapreżenta 17-il organizzazzjoni b’madwar 10,000 professjonist, u din is-sena qed tfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif taghha.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-PN Adrian Delia waqt din il-laqgħa, kien hemm il-Viċi Kap tal-PN David Agius kif ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija Claudio Grech.
//= $special ?>