Maħtur Sottokumitat mill-KNŻ biex jistudja r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) reċentement ifforma s-Sottokumitat Parlamentati Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Dan is-sottokumitat huwa responsabbli biex tistudja r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ li ġew ippreżentati lill-Parlament f’dawn l-aħħar snin.
Ir-rwol tiegħu hu li tevalwa liema proposti ttieħdu u ġew implimentati, li għadhom ma tressqux fuq il-pjattaforma nazzjonali u dwar liema proposti li llum m’għandhomx relevanti.
Is-sottokumitat imbagħad ikun responsabbli biex iwettaq aktar riċerka dwar il-proposti li għadhom ma tteħdux u jara x’jista jsir biex imexxihom aktar ‘l quddiem. L-informazzjoni u d-data miġbura jiġu preżentati f’dokument aktar tard.
Is-sottokumitat huwa magħmul minn 7 individwi mmexxija mill-Uffiċjal Nazzjonali; Kristina Filletti bl-għajnuna tal-Kummissarju għall-Politika u d-Drittijiet taż-Żgħażagħ; Gianluca Vella.
Is-7 individwi li se jiffurmaw is-sottokumitat huma: Bradley Cachia, Graziella Bonavia, Jacob Callus, Luke Vella, Martina Grech, Michela Pace u Xandru Cassar. Julianne Vella, li hija Champion tal-KNŻ SDG se tkun qed tgħin ukoll ma ‘dan il-proġett biex tappoġġja r-riċerka kollha li saret waqt li żżomm f’moħħha l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.
Il-membri kollha msemmija hawn fuq huma parteċipanti tal-passat tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
//= $special ?>