Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Vaċċin sal-aħħar tas-sena? Trump għandu fiduċja li dan jista’ jkun

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump jemmen li jaf jinstab vaċċin għall-Coronavirus lejn tmiem din is-sena.

Dan qalu waqt intervista ma’ Fox News fejn fost l-oħrajn ikkontradixxa lill-esperti fejn dawn qed jgħidu li l-vaċċin se jkun lest lejn nofs is-sena 2021.

Fl-Istati Uniti fl-aħħar jiem l-FDA – l-Awtorità li tirregola l-użu tal-mediċini – tat il-permezz tagħha sabiex tkun tista’ tintuża l-medicina Remdesivir, illi kienet ġiet żviluppata għal kontra l-Ebola. Fi kliem sempliċi, din il-mediċina għal kontra l-viruses, tista’ tintuża fuq pazjenti fl-Istati Uniti illi jinsabu rikoverati fl-ITU minħabba l-Coronavirus.

Studji u testijiet li saru f’dawn l-aħħar ġranet jindikaw li bil-mediċina Remdesivir tista’ tqassar il-perijodu ta’ żmien li fih pazjent ikun qed jirkupra mill-Coronavirus, iżda mhux neċessarjament taħdem biex jiġu evitati l-fatalitajiet.