Lokali

“Robert Abela vs Robert Abela: Liema Robert Abela se nemmnu?” – PN

“L-għada tal-World Press Freedom Day Robert Abela jestendi l-intimidazzjoni”

Lil Robert Abela li quddiem il-kameras tat-televiżjoni jgħid li hu favur il-libertà tal-espressjoni jew lil Robert Abela li t-Tnejn filgħaxija ħalla, bil-barka tiegħu, lil Karl Stagno Navarra fuq ONE TV jattakka u jxandar ismijiet ta’ ċittadini Maltin li b’mod ħieles esprimew opinjoni politika?

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista tenna li t-Tnejn filgħaxija t-televiżjoni ta’  Robert Abela waqa’ fl-livell baxx t’intimidazzjoni bla preċedent. It-televizjoni ta’ Robert Abela instiga mibegħda fil-konfront ta’ ċittadini privati Maltin.

Dan ġie deskritt mill-Partit Nazzjonalista bħala aġir anti-demokratiku intenzjonat biex jipprova jnissel biża fil-konfront ta’ ċittadini privati u l-familji tagħhom.

“Jekk Robert Abela jaħseb li bil-midja tiegħu se jgħaddi romblu minn fuq persuni privati Maltin u Għawdxin li ma jħaddnux l-opinjoni politika tiegħu, l-ewwel irid jħhaddi minn fuq il-Partit Nazzjonalista”.

L-għada tal-World Press Freedom Day, ir-rigal li qed jagħti Robert Abela lil pajjiżna hu li jestendi l-intimidazzjoni li toħnoq l-libertà tal-espressjoni fuq ċittadini privati.

Veru l-każ ta’ Robert Abela vs Robert Abela. Ma nistgħu nemmnu lil ebda wieħed minnhom għax rekord ta’ kontradizzjonijiet.