Coronavirus Internazzjonali

57,000 student lura fil-klassijiet ta’ Wuhan

Numru ta’ skejjel fil-Provinċja Ċiniża ta’ Hubei fetħu mill-ġdid il-bibien tagħhom wara kważi 4 xhur kompletament magħluqa minn mindu faqqgħet il-pandemija fiċ-Ċina.

F’Wuhan, il-belt meqjusa bħala l-epiċentru tal-Coronavirus, dalgħodu fetħu l-iskejjel għal dawk l-istudenti li dalwaqt se jpoġġu għall-eżamijiet.

Minkejja dan il-pass, ħafna studenti xorta se jkunu qed isegwu l-lezzjonijiet mid-dar tagħhom.

Fl-aħħar sigħat kien konfermat li r-Renju Unit qabeż lill-Italja bit-tieni l-akbar ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19, wara l-Istati Uniti. Il-President Amerikan Donald Trump minn naħa tiegħu qed jgħid li l-pajjiż “ġej lura għan-normal”.