Il-Papa Franġisku qal li l-ażjendi li jħaddmu lin-nies iridu jirrispettaw id-dinjità tal-ħaddiem u b’mod partikulari lill-ħaddiema immigranti, minkejja l-problemi ekonomiċi dovuti għall-kriżi tal-coronavirus li affettwaw lill-pajjiżi kollha tad-dinja
‘Filwaqt li naqbel li l-kriżi ħalliet impatt għal kulħadd, id-dinjità tan-nies għandha dejjem tkun irrispettata’, qal il-Papa waqt li kien qed jikkonkludi l-udjenza ġenerali mil-librerija tal-Vatikan. Din il-librerija, għalissa, qed tintuża bħala s-sit għal dawn id-diskorsi tal-Papa minħabba l-lockdown, fl-Italja.
Il-Papa, fl-Ewwel ta’ Mejju ( il-jum li jiċċelebra d-drittijiet tal-ħaddiem) irċieva numru kbir ta’ messaġġi dwar il-problemi li qed jaffettwaw lill-ħaddiem u lid-dinja tax-xogħol.
Sadanittant, hu qed jimpenja ruħu ‘biex jiddefendi lill-ħaddiema kollha’ — bil-Kap tal-Kattoliċi jħeġġeġ biex id-dinja tibdel il-kriżi tal-Covid-19 f’okkażjoni li tiggarantixxi r-rispett li jixraq lid-dinjità tal-ħaddiem u d-diversi setturi tax-xogħol.
//= $special ?>