Wara 46 ġurnata, Paulo Dybala rċieva l-aħbar li tant kien qed jixtieq li fieq mill-coronavirus. Dybala kien tħabbar li għandu l-coronavirus fil-21 ta’ Marzu u minn dakinhar kellu erba’ testijiet oħra li fih baqa’ pożittiv. Iżda kif inhu normali li jsir, illum l-Arġentin għamel it-test darbtejn u fiż-żewġ okkżjonijiet instab negattiv. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Dybala kiteb li r-ritratt jgħid kollox għaliex finalment fieq mill-Covid-19.
Iżda jekk l-aħbar dwar Dybala hi pożittiva, il-klabb tas-Serie A Torino ħabbar li plejer mhux identifikat instab pożittiva għal coronavirus fl-ewwel rawnd ta’ testijiet qabel ir-ritorn ippjanat għat-taħriġ. Il-plejer ma għandux sintomi u tpoġġa immedjatament kwarantina. Din il-ġimgħa xi klabbs tas-Serie A bdew jirritornaw għat-taħriġ wara l-lockdown ta’ tmien ġimgħat fl-Italja. Dan minkejja li għadu mhux deċiż meta se jirritorna l-kampjonat Taljan.
//= $special ?>