Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-Italja qal li l-pajjiż, illum, irreġistra numru rekord — 8,014 — ta’ nies imfejqa mill-coronavirus. Iċ-ċifra kienet ikkonfermata f’perjodu ta’ 24 siegħa u meta s’issa, fl-Italja, fiequ total ta’ 93,245 minn din il-marda qarrieqa.
Hu minnu wkoll li l-ammont ta’ nies li fiequ mill-Covid-19, għall-ewwel darba, għadda ċ-ċifra tal-infettati fl-Italja.
Intant, l-Italja reġistrat 369 mewta oħra mill-coronavirus — għal total ta’ 29,684.
//= $special ?>