Il-Gvern Ġermaniż ta l-permess biex l-istaġun tal-Bundesliga jkompli fit-tieni nofs ta’ dan ix-xahar. Il-futbol fil-Ġermanja ilu sospiż minn nofs Marzu, bil-Covid-19 infetta aktar minn 150,000 persuna u kważi 6,300 persuna mietet fil-pajjiż.
Din id-deċiżjoni tfisser li l-Bundesliga hu l-ewwel kampjonat mill-akbar kampjonati fl-Ewropa li ngħata l-permess li jitkompla. L-Olanda u Franza, ġirien tal-Ġermanja, ħadu d-deċiżjoni li jtemmu l-kampjonat.
Il-logħbiet fl-ewwel żewġ diviżjonijiet fil-Ġermanja jistgħu jintlagħbu mingħajr spettaturi. Id-deċiżjoni finali dwar id-data eżatta tat-tkomplija tal-kampjonati hi f’idejn it-tmexxija tad-Deutsche Fußball Liga.
Il-maġġoranza tal-klabbs tal-Bundesliga jonqoshom disa’ logħbiet, b’Eintracht Frankfurt u Werder Bremen jonqoshom għaxra. Bayern Munich jinsabu erba’ punti vantaġġ fuq Borussia Dortmund.
//= $special ?>