Lokali Parlament

Il-ħajja tal-bniedem tibda mill-konċepiment; jeħtieġ appoġġ għal min hu favur il-ħajja

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-ħajja tal-bniedem tibda mill-konċepiment u għalhekk jeħtieġ appoġġ għal min hu favur il-ħajja.

Fil-parlament Stephen Spiteri qal li kulħadd għandu jipproteġi lill-embrijun li hu l-bidu tal-ħajja u saħaq fuq l-importanza li l-koppji jingħataw assistenza fl-infertilità.

Fil-futur jista’ jkun hemm iktar appoġġ lil hinn mill-aspett finanzjarju, sostna Stephen Spiteri, li kompla li l-laboratorju fejn ikunu kultivati l-embrijuni mhux l-ambjent naturali għaliex mhux il-ġuf tal-mara.

Jeħtieġ li jkun hemm kunsiderazzjoni b’mod sħiħ lejn dak li qed isir. Hu qal li l-embrijun hu l-aktar vulnerabbli u bla leħen u għalhekk jistħoqqlu l-protezzjoni. Jeħtieġ li r-rispett lejn il-ħajja jkun il-prijorità f’din il-politika.

Fl-2012 kien hawn liġi li rregolat dan il-proċess iżda dan il-proċess kien ilu jsir fil-privat minkejja li ma kienx regolat. Dan b’detriment għan-nisa li kienu involuti f’dan il-proċess. Din l-Awtorità qed tirregola kemm dak li jsir fil-privat kif ukoll fis-settur pubbliku biex b’hekk ikun hemm is-sigurtà neċessarja.

Qabel dan is-servizzi kienu jaffrodjawh biss dawk li kellhom ċertu dħul iżda issa hemm iktar firxa wiesa’ ta’ koppji li jmorru għal dan it-trattament. Dan bl-iskop li min ikollu diffikultajiet ikollu iktra soluzzjonijiet. Ir-rata ta suċċess hi ta’ 22%, li hi rata tajba komparata ma’ pajjiżi barranin.

Hu appella biex ikun hemm servizzi b’saħħithom madwar il-koppji li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet.