Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli sostna fil-parlament li l-PN jinsisti li l-Liġi dwar il-Koabitazzjoni għandu jkollha l-protezzjoni neċessarja għall-vulnerabbli.
Clyde Pulì qal li l-koabitazzjoni m’hix xi ħaġa ġdida iżda ilha tip ta’ rabta li tiġi prattikata għal ħafna snin mingħajr ebda indħil mill-istat. Hu sostna li jeżisti qbil li l-koabitazzjoni tkun regolata.
Kien għalekk li fl-2016, il-PN kien qabel mal-ispirtu tal-liġi mressqa dakinhar; favur l-idea li l-istat jirrikonoxxi b’mod formali relazzjoni ta’ persuni li huma f’relazzjoni intima u li jgħixu flimkien bħala koppja taħt saqaf wieħed u allura li jagħtihom il-possibilità li jirreġistraw din ir-relazzjoni tagħhom jekk huma jridu u jekk huma hekk jixtiequ.
Din hi ħaġa tajba u l-PN jaqbel magħha għaliex l-istat ta’ persuna għandu jiġi trattat b’rispett u b’dinjità u għaliex emminna li dawn ir-relazzjonijiet jistħoqqilhom drittijiet bażiċi.
Il-PN jaqbel għaliex jemmen li għandu jkun hemm protezzjoni għall-vulnerabbli u li kellna qbil li l-liġi kellha toħloq pilastru ieħor u t-tielet livelll ta’ relazzjonijiet intimi fiż-żwieġ, fl-unjoni ċivili u fil-koabitazzjoni
Il-PN jaqbel ukoll għax din kienet ukoll proposta tal-Partit fl-aħħar programm elettorali tiegħu dak iż-żmien u l-istess Gvern Nazzjonalista kien beda jiddiskutiha.
Illum l-parlament għandu quddiemu abbozz ta’ liġi ġdid dwar il-koabitazzjoni, li jibdel u jipprova jneħħi l-aspetti liberali u awtoritarji u n-nuqqas ta’ kjarezza legali li fiha l-liġi preżenti.
L-ironija hi, li l-liġi preżenti ma’ ġietx introdotta fi żmien il-gwerra u allura forsi m’għadiex f’sinkronija maż-żminijiet tal-llum; din liġi li ġiet introdtta tliet snin ilu.
L-ironija hi, li l-liġi preżenti ma’ ġietx preżentata minn partit, biex jikkoreġi dak li għamel partit ieħor mill-gvern qablu. Din liġi li ġiet ippreżentata mill-istess gvern li għandna llum.
L-ironija hi, li din il-liġi ma’ gietx introdotta minn xi gvern li jikkonsidra lilu nnifsu soċjalment konservattiv imma għall-kuntrarju ġiet introdotta minn gvern li ftaħar li kien soċjal-liberali. Imma dik li kellna sa issa kienet liġi liberali, li tmur kontra l-libertà tal-għażla u tagħti lok għal abbuż.
Dan hu abbozz li jħalli ħafna nċertezza legali waqt li l-legiżlazzjoni, miktuba tliet snin ilu kienet nieqsa mill-ħsieb, hija daqstant stat ta’ fatt għaliex in-nuqqasijiet tagħha ġew mill-ewwel identifikati, mill-PN dakinhar li tressqet il-liġi. Dan ukoll għaliex il-Kunsill Notarili, l-Kamra tal-Avukati, l-Moviment ta’ Kana u membri oħra tas-socjeta ċivili ressqu kritika valida ħafna. Issa l-istess gvern li ressaq il-legiżlazzjoni għall-approvazzjoni tal-parlament, tliet snin ilu ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017, hu l-istess gvern li qed jibdel radikalment din il-liġi.
Altru minn dak li erġajna smajna llu; il-fatti huma li llum qed nagħmlu liġi wara biss tliet snin meta l-gvern jgħid li jisma’ u li mhux supperv.
Clyde Puli qal li tliet snin ilu din il-ligi giet ippreżentata mill-Ministru Helena Dalli, daqs li kieku din kienet xi tappa oħra fil-mixja liberali ta’ pajjiżna.
Kienet waħda minn sensiela ta’ liġijiet li għandhom ħabta jitfixklu l-ugwaljanza l- mal-uniformità; pseudo liberali anzi illiberali.
Il-liġi tipprovdi għal regolazzjoni sforzata ta’ relazzjoni intima. Għall-ewwel darba se jkollna sitwazzjoni fejn persuni li jagħmlu għazla libera li jgħixu ma’ persuna oħra f’relazzjoni intima, mingħajr ma jiżżewġu u mingħajr ma jidħlu f’unjoni ċivili, issa jistgħu jiġu mġiegħla jiġu regolati mill-istat, permezz ta’ dikjarazzjoni unilaterali.
Ir-regolazzjoni sforzata ta relazzjoni ta’ koabitazzjoni, permezz ta’ dikjarazzjoni unilaterali kontra il-possibilità ta reġistrazzjoni ikontratta b’mod volontarju u bi qbil bejn iż-żewg partijiet, hija mossa xi ftit jew wisq illiberali.
Mela aħna qatt ġiegħlna lil xi ħadd jidħol f’kuntratt ta’ żwieġ sempliċiment għaliex riedet hekk naħa waħda. Biex tirreġistra żwieg jew unjoni ċivili trid il-kunsens taż-żewġ partijiet u allura ma nistax nifhem għaliex għal reġistrazzjoni ta’ koabitazzjoni dan ma jgħoddx.
Din hi mossa li ċertament tnaqqar il-libertà tal-persuna u mossa kontra l-vina ta’ dak li seħħ fl-aħħar snin. Se jkun hemm mod kif persuna li ma tridx tidħol f’kuntratt ta’ koabitazzjoni tirrifjuta li tagħmel dan?
Il-liġi se tipprovdi għal sanzjoni kontra min jabbuża minn ittra uffiċjali, biex b’mod li mhux veritier sempliċiment ikisser relazzjoni eżistenti?
Din il-liġi ma toffrix privileġġi lill-familji kollha l-istess għaliex l-abbozz huwa biss għal koppji li qiegħdin f’relazzjoni intima u allura jonqos milli jirrikonoxxi ukoll lil dawk il-persuni, ħafna drabi membri tal-istess familja, imma mhux biss, li jkunu qed jgħixu flimkien, mhux għax għandhom xi relazzjoni intima imma għax huma jgħixu bħala familja taħt l-istess saqaf u jaqsmu dak kollu li hu materjali bejniethom filwaqt li jgħinu u jissaportjaw lil xulxin.
Il-liġi li għandna quddiemna terġa’ tiddistingwi bejn tliet tipi ta’ koabitazzjoni, il-koabitazzjoni de facto, il-koabitazzjoni permezz ta’ kuntratt u l-koabitazzjoni permezz ta’ dikjarazzjoni unilaterali.
Il-liġi issa se tagħti mhux biss rikonoxximent lil koppja f’ koabitazzjoni iżda qed tagħti wkoll numru ta’ drittijiet fosthom id-dritt li tiddeċiedi dawar il-kura medika li tingħata persuna marida li tkun f’relazzjoni magħha, id-dritt li tkun eżenti milli tagħti x-xhieda kontra l-koabitant l-ieħor f’kull ċirkostanza fejn il-liġi tippermetti din l-eżenzjoni bejn persuni miżżewġin jew f unjoni ċivili bejniethom, id-dritt għall-leave tal-maternità, id-dritt ta’ allowance għat-tfal li u tirċievi benefiċċji soċjali bħala foster carer.
Hemm ukoll id-dritt għall-benefiċċju għal diżimpjieg u għal benefiċċju speċjali għal diżimpjieg jekk ikun wieħed ikun qiegħed imantni lill-koabitant l-ieħor u d-dritt li titħallas tal-għajnuna għall-mard, l-pensjoni tal-invalidità lill-koabitant jekk ikun qiegħed imantni lill-koabitant l-ieħor, tal-pensjoni tar-romol u tal-età. Hemm ukoll id-dritt li tibqa’ tghix fid-dar li kont tgħix mall-partner f’każ ta mewt.
Clyde Puli qal li hu tajjeb li mhux biss titħalla l-għażla tat-tip ta regolamentazjoni, f’idejn l-individwu, iżda wkoll li noffru għażla vera, minn fejn jagħżel l-individwu.
Filwaqt li l-Istat għandu jassigura li forom diversi ta’ relazzjonijiet għandhom jiġu trattati b’rispett u b’dinjità, anke billi joffrilhom possibilita ta rikonoxximent u registrazzjoni ufficjali jekk dawn hekk jixtiequ, dan bl-ebda mod ma għandu jfisser li neċessarjament ir-relazzjonijiet msemmija jiġu ekwiparati fis-sustanza, tad-drittijiet u l-obbligi, għaliex inkella nkunu qed innaqqru, l-istess għażla li aħna stess, nixtiequ noffru lill-individwu. Ikun eżerċizzju inutli, jekk aħna nagħtu għazla diversa biss fl-isem u mhux fis-sustanza.
Ma’ din il-libertà ta’ għażla lill-persuna li joffri talli iddiferenzjar fir-registrazzjoni ta relazzjonijiet, il-liġi tkun tista tkompli wkoll tirrefletti politika, jekk il-gvern hekk jixtieq, li tinċentiva aktar drittijiet għal min igorr aktar dmirijiet u impenn lejn stabbilità akbar.
Dan l-att qed jirrikonoxxi, fil-liġi, relazzjoni bejn persuni ‘l fuq minn 16-il sena, persuni li mhux biss għandhom ‘l fuq minn 16-il sena, iżda li huma f’relazzjoni intima u allura mhumiex biss ħbieb jew aħwa u li jgħixu bħala familja taħt l-istess saqaf.
Il-liġi tiddetermina it-terminu ta’ sentejn, ta’ koabitazzjoni, biex tiskatta d-drittijiet u l-obbligi ikkontemplati. Kien hawn min argumenta fosthom il-Moviment Kana li dan huwa żmien qasir wisq meta tqis li l-liġi tad-divorzju titlob perjodu ta’ erba’ snin, biex jiskatta bdil fl-istatus personali ta’ min qiegħed f’relazzjoni ta’ żwieġ u/jew unjoni ċivili. Il-Gvern għandu jgħid kif ġie determinat il-perjodu ta’ sentejn u jekk hemmx xi studji li jindikaw li dan terminu preferibbli.
Clyde Puli sostna li dan l-abbozz qed jagħmel distinzjoni bejn koabitazzjoni permezz ta’ kuntratt, koabitazzjoni de facto u koabitazzjoni b’dikjarazzjoni unilaterali
Din il-ligi tagħti wkoll d-dritt li t-tfal ta’ waħda mill-partijiet jgħixu fl-istess dar ikunu rikonoxxuti fil-kuntratt ta’ koabitazzjoni filwaqt li tesiġi li l-ulied tal-koppja li tikkoabita jkollhom id-drittijiet tagħhom mħarsa f’każ li tintemm r-relazzjoni kemm fid-deċiżjoni tal-kura u kustodja kif ukoll fil-manteniment.
Clyde Puli sostna li tneħħi l-koabitazzjoni unilaterali/de facto ma jfissirx li ma tipproteġiex lill-vulnerabbli li l-liġi l-oħra bin-nqqasijiet kollha tagħha kella l-iskop li tipproteġi
//= $special ?>