Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers ħarġet direttivi biex l-għalliema ma jagħmlux aktar xogħol milli ġew mgħobbijin bih. Hija qalet li tinsab ferm diżappuntata bl-aħbar li se jingħaw aktar xogħol minn dak li għandhom bħalissa, liema aħbar kienet żvelata mill-Ministru tal-Edukazzjoni u Xogħol Owen Bonnici fuq il-media soċjali.
Il-union ordnat lill-membri tagħha biex ma jinvolvux ruħhom f’aktar skemi ta’ xogħol, u li dan jgħodd biss għall-membri tagħha. Il-Union qalet li kienu ħafna l-għalliema li għamlu kuntatt magħha fejn jinsabu diżappuntati bil-kummenti tal-Ministru fejn dawn qegħdin jallegaw li għal darba oħra ġew traduti.
L-għalliema permezz tal-union li tirrappreżentahom qalu li diġa’ ngħataw piż kbir f’dawn iż-żminijiet fejn huma diġa aċċettaw li jingħataw xogħol bi skemi dettaljati u issa qegħdin jintalbu jagħtu aktar, fosthom biex jiġu mħejjija records tax-xogħolhom ġimgħa b’ġimgħa.
Minkejja l-ħafna kliem ħelu li qed jingħad fuq l-għalliema, dak li qed isir lilhom ifissier li qegħdin jiġu umiljati. Is-sitwazzjoni kompliet iddeġenerat meta stqarrijiet dwar dak li għandhom jagħmlu ġew ippubblikati fuq il-media soċjali.
Il-union qalet li dak li sar kien xejn għajr instigat b’mod dittarjoli fil-konfront tal-Għalliema li diġa’ qegħdin jagħtu aktar milli jmisshom. Dan l-atteġġjament żgur li mhux floku fil-konfront ta’ nies professjonali.
Il-Union of Professional Educators qalet li dan mhuwa xejn għajr tradiment fil-konfront tal-membri tagħha. Kummenti li saru juru li hemm min m’għandux idea dwar x’inhi r-realtà tal-ħajja tal-għalliema fejn il-Ministru żgur li mhux qed juri rispett lill-għalliema.
Ingħad li l-istess Ministru kkwota li saru mal-1,200 lezzjoni għal Teleskola. In-numri fihom innifishom għandhom ifissru li l-għalliema ma jistgħux jibqgħu jitgħabbew b’aktar piżijiet. Il-Union qalet li żgur li mhijiex se taċċetta dik li sejħet daqqa ta’ ponn fuq wiċċha b’aġir irresponsabbli bħal dan.
//= $special ?>