Lokali Parlament

Is-soċjetà jeħtieġ liġi li ssaħħaħ id-drittijiet tan-nies

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li s-soċjetà għandha bżonn tinstab triq kif nagħmlu l-liġi ċara għal professjonisti u terzi, iżda nsaħħu d-drittijiet tan-nies u mhux nieħduhomlom.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Gvern Nazzjonalista ħejja abbozz dwar il-koabitazzjoni wara konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders waqt li Gvern Laburista fis-sena 2017 illeġiżla l-koabitazzjoni permezz ta’ liġi. Gvern Laburista tlett snin wara jrid ineħħi u jnessi dik l-istess liġi li huwa għamel. Gvern Laburista tlett snin wara irid ineħħi drittijiet li qabel kien ta. Minkejja li l-ninistru nidel, minn Helena Dalli għal Edward Zammit Lewis, in-nies lil min tolqot din il-liġi ma nbiddlux.

Din hi liġi dwar il-ħajja tan-nies u mhux dwar legaliżmi. Fil-qasam soċjali, fil-qasam relatat mar-relazzjonijiet bejn in-nies u qasam tat-tkabbir jew żvilupp personali tan-nies; nilleġiżlaw mhux biex nindaħlu fil-ħajja tan-nies u nagħmlu restrizzjonijiet u noqgħodu ngħidu dak tajjeb u dak ħażin.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-liġi fil-qasam soċjali mhix hemm biex tgħid it-tajjeb u l-ħażin fil-ħajja personali tan-nies; il-liġi fil-qasam soċjali qiegħda hemm biex tirrikonoxxi li s-soċjetà bhala komunità għandha bżonn tagħraf ir-relazzjonijiet bejn il-persuni, tirrikonoxxi kif il-membri ta’ dik il-komunità qiegħdin jibnu r-relazzjonijiet tagħhom u tirregola biss safejn huwa ta’ ġid għas-soċjetà, għall-komunita u għal dawk li jistaw isibu ruħhom f’sitwazzjoni vulnerabbli

Hi sostniet li għandna nilleġiżlaw għaliex nirrikonoxxu li hemm ċirkostanzi li bħala dritt ta’ public policy hemm il-bżonn li jiġu definiti d-drittijiet tal-persuni u l-limitazzjonijiet ta’ dawn id-drittijiet. Nilleġiżlaw biex nagħtu rikonoxximent formali, iżda wkoll biex inkunu ċari dwar x’jiġri f’dawn iċ-ċirkostanzi, biex inneħħu dubji u ambigwitajiet dwar drittijiet legali.

Dawn huma ċirkostanzi fejn qiegħdin nitkellmu fuq sitwazzjonijiet reali immens u personali immens għal min huwa f’dawn iċ-ċirkostanzi. Nispera li ma ninqabdux f’legaliżmi dwar dan l-abbozz għaliex hemm emozzjonijiet u realtajiet soċjali involuti. Il-Gvern inqabad f’legaliżmi bl-abbozz li qiegħed jipproponi u nesa’ lil dawk li jgħixu dawn iċ-ċirkostanzi – warrab l-aspett soċjali u l-aspett ta’ public policy minn din il-liġi.

Dwar il-konsultazzjoni mal-istakeholders, id-deputat Nazzjonalista qalet li tapprezza li l-Gvern ikkonsulta mal-Kamra tal-Avukati u man-nutara.

Il-PN tkellem ma’ dawn u naqblu magħhom li l-liġi li tlett snin ilu Gvern Laburista kien bit-tisbiet tas-saqajn għadda f’dan il-parlament ma kienitx ċara biżżejjed biex titħaddem mill-professjonisti legali. Il-PN tkellem ukoll ma’ stakeholders li jirrapreżentaw persuni li jinsabu jgħixu l-effetti tal-koabitazzjoni biex naraw liema huma dawn iċ-ċirkostanzi li qiegħdin nirregolaw.

Ebda wieħed minn dawn l-istakeholders ma kien ukoll kkonsultat mill-Gvern; anzi ma kienux jafu b’dan l-abbozz u kienu sorpriżi b’dan l-abbozz.

Ma dan il-Gvern id-drittijiet ċivili jeħodhomlok malajr daqs kemm jagħtihomlok. Tlett snin ilu dan il-Gvern ta’ drittijiet ċivili lil persuni li kienu f’koabitazzjoni; illum neħħihomlom. Tlett snin ilu dan il-Gvern b’ħafna xenxilli u pompi rrikonoxxa l-qagħda ta kopji koabitanti u ta’ tlett kategoriji ta’ drittijiet biex jipproteġi lil dawk il-koabitanti fil-konfront ta’ xulxin u fil-konfront tas-socjetà. Illum mingħajr ma tkellem mal-istakeholders li jirrapreżentaw is-sitwazzjoni tal-koabitanti ġie hawn fil-parlament biex iħassar dak li tak tlett snin ilu, b’differenza, din id-darba mingħajr xenxilli u pompi. Illum mhix kwistjoni dwar jekk taqbilx mar-rikonoxximent tal-istat ta’ koabitazzjoni, jew mad-drittijiet mogħtija jew mal-kategoriji ta’ koabitanti – din kwistjoni li ġiet deċiża minn dan il-parlament tlett snin ilu.

Qisu ġie l-Gvern hawn u jgħidilna ara jien reġa’ bdieli u se nneħħi xi forom ta’ żwieġ li tlett snin ilu ħsibt li għandi nirrikonoxxi u nirregola. Dan logħob u ndħil fil-ħajja tan-nies. Illum f’dan il-pajjiż, nirrikonoxxu l-koabitazzjoni u nirrikonoxxu tlett forom ta’ koabitanti: dawk li formalment jiddikjaraw li huma koabitanti f’kuntratt; dawk li fil-fatt huma koabitanti iżda ma qagħdux jagħmlu dikjarazzjonijiet bil-miktub u dawk li għal ħames snin mill-Att oriġinali setgħu jagħmlu proċeduri fil-qorti biex jiġu meqjusa koabitanti.

Għal kull waħda minn dawn il-forom hemm drittijiet – drittijiet bażiċi għal ħajja u għad-dinjità tal-persuna – djar, penzjoni, servizzi soċjali, manteniment u proprjetà.

Therese Comodini Cachia qalet li dawn id-drittijiet bdew jiffunzjonaw tlett snin ilu – u issa ġie l-Gvern biex jgħidilna li issa xeba’ daqshekk; issa nagħmlu forma waħda ta’ koabitazzjoni u l-forom l-oħra, l-aktar meħtieġa f’soċjetà għaliex jipproteġu lil min hu vulnerabbli, dawk issa xeba’ bihom dan il-Gvern.

Il-gvern qiegħed jilgħab bil-ħajja tan-nies, sostniet Therese Comodini Cachia, li kompliet li meta dan il-Gvern irid inehhi l-koabitazzjoni de facto, u l-proċedura ġudizzjarja ta’ rikonoxximent ta’ koabitanti; li għadda applikabbli għal sentejn oħra biex tipproteġi lil dawk li kienu jikkoabitaw qabel l-att oriġinali, qiegħed ineħħi drittijiet li dan il-parlament ta’ tlett snin ilu.

Hi sostniet li l-PN ma jridx kikkanċella d-drittijiet tan-nies; almenu fil-frejjeġ kollha li jagħmel dan il-Gvern żgur li ma għandux jiġi hawn biex jikkanċella d-drittijiet u libertajiet ċivili tan-nies.

Għalhekk nirringrazzja lil dawk kollha li matul dawn l-aħħar ġimgħat, minkejja s-sitwazzjoni li ġabet magħha din il-pandemija, b’xi mod għajnuna u tkellmu u kkonvinċew jew bdew almenu jġiegħlu lill-Gvern jirrealizza li ma jistax jikkanċella dak li kien ta.

Nispera li nkomplu fl-istadju tal-kumitat niddiskutu dwar kif dawn id-drittijiet jibqgħ jeżistu.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li hemm bżonn liġi ċara; ligi li l-professjonisti jistgħu jaħdmu biha u li fuqha l-professjonijiet legali jistgħu jagħtu pariri ċari u jassistu lill-klijenti tagħhom. Din għandha tkun liġi li tindika b’mod ċar id-drittijiet ta’ kull parti f’koabitazzjoni, kif din teffettwa lil terzi, kif dawk il-koabitanti għandhom jaġixxu fil-konfront ta’ terzi, kif jinkiteb kuntratt validu ta’ koabitazzjoni, x’jiġri mill-proprjetà u kwistjonijiet oħra legali.

L-ewwel liġi ta’ dan il-Gvern dwar il-koabitazzjoni ma tantx tat kjarezza dwar dan u dan hemm li jiġi ndirizzat. Dak li jiġri meta l-Gvern Laburista jgħaġġel u jsabbat saqajh; Gvern Laburista ġie mġiegħel jiġi lura u jiċċara dak li kien għamel.

Hemm mezzi kif wieħed jagħmel il-liġi aktar ċara apparti li tneħħi u tikkanċella istitut soċjo-legali li tkun diġà rrikonoxxejt. In-nutara jinsabu nkwetati bir-raġun u għandhom dwar x’hix ikunu nkwetati. Kif tridhom jippubblikaw kuntratt meta m’humiex ċerti mill-istat ċivili tal-parti fil-kuntratt? Dan il-Gvern qiegħed jobbliga ukoll lin-nutara jkomplu jiksru l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem meta naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jindirizza dak li qalet il-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża ta’ Zammit.

Dan il-Gvern mhux lest jaghti lin-nisa ugwaljanza vera u waħda li hija riflessa anke fl-istrutturi u l-proċeduri amministrattivi.

Dwar id-definizzjoni ta’ Koabitant, Therese Comodini Cachia qalet li mhux kulhadd koabitant; trid tkun tgħix bħala koppja u waħda minn dak li jagħmel koppja hi li jghixu l-ħajja flimkien b’relazzjoni interpersonali li tiħi mgħixa f’dar bhala residenza ordinarja, primarja u komuni. Issa dan il-kriterju qiegħed jitneħħa. Koabitant jitqies dak li mhux diġà legalment marbut ma’ persuna oħra meta qabel kienet tinkludi persuna separata de jure; jiġifieri issa persuna separata ma tistax titqies koabitant? Jekk hu hekk, dan ifisser li mhux biss qiedgħin nikkanċellaw drittijiet diga mogħtija iżda issa ukoll qiegħdin inkabbru n-numru ta’ persuni ta’ min qiegħdin niħdulhom drittijiet mogħtija lilhom tlett snin ilu.

Therese Comodini Cachia qalet li mhux kull min jgħix ma’ persuna oħra huwa koabitant u appellat biex is-sitwazzjoni aktar ċara għan-nutara

Hi trattat id-dikjarazzjoni tal-partijiet li m’hemm xejn li jipprekludihom milli jikkontrattaw koabitazzjoni, iċ-Ċertifikat ta’ Status Liberu u d-dikjarazzjoni tal-partijiet dwar atti ta’ koabitazzjoni xolti u staqsiet jekk iċ-ċertifikat ta’ status liberu ma jistax jintuża ukoll f’sitwazzjoni ta’ koabitazzjoni bil-proċedura ġudizzjarja? L-awtorità li żżomm dan ir-reġistru mhix kapaċi tikkordina mal-awtorità ġudizzjarja u tindika dawn il-proċeduri f’dan ir-reġistru? Nifhem li mhux possibli jinżamm dan għal koabitazzjoni de facto fejn wieħed jistrieħ fuq id-dikjarazzjoni tal-partijiet, iżda fuq koabitazzjoni ġudizzjarja ma narax kif l-awtoritajiet amministrattivi ma jistgħx jagħtu dan iċ-ċertifikat. Ankè ċ-ċertifikat ta’ koabitazzjoni jista’ jinħareġ meta l-koabitazzjoni tiġi rikonoxxuta mill-proċedura ġudizzjarja.

Inneħħu l-proċedura ġudizzjarja għaliex il-Gvern kien għoġbu jseħilha unilaterali iżda ndaħħlu l-qorti fin-nofs xorta waħda! irrimarkat Therese Comodini Cachia, li qalet li qed nitkellmu fuq drittijiet importanti fil-ħajja, meta l-ħajja tkun iebsa