Lokali Parlament

Jikber l-iskandlu fil-finanzi tal-MTA fil-kuntratt ta’ €4.5 miljuni lill-Vista Jet

Ritratt: Times of Malta

L-iskandlu fil-finanzi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) kompla jikber hekk kif illum ingħatat xhieda kontroversjali u inspjegabbli quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubblii (PAC).

Fil-bidu tas-seduta f’isem il-Gvern, id-deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi qal li hemm bżonn jintalbu x-xhieda dwar meta l-kumpanija ġiet f’Malta fl-2012 wara diskussjonijiet mal-Ministru Austin Gatt fl-2011 u aktar tard mal-ministri ta’ dak iż-żmien Mario de Marco u Tonio Fenech u għalhekk dawn il-persuni għandhom jissejħu bħala xhieda.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-kumitat mhux jinvestiga l-kumpanija Vista Jet iżda l-kontijiet finanzjarji tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Hu qal li l-kumitat qed jiddiskuti dwar il-kuntratt ta’ €4.5 miljun lil din il-kumpanija u jekk il-Gvern iħoss jista’ jtella’ xhieda meta jkun il-waqt u jekk dawn ikunu rilevanti. Id-deputat Fenech Adami qal li jidher li dan il-kuntratt qed jinkwieta sew lill-Gvern.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-Gvern qed jipprova jilqa’ u l-PN m’għandu l-ebda problema dwar kif il-Vista Jet ġiet f’Malta iżda l-interess għandu jkun kif il-Gvern Laburista ta kuntratt ta’ €4.5 miljun lil din il-kumpanija skont ir-rapport finanzjarju tal-MTA. Chris Said qal li l-PN mhux sodisfatt kif intefqu dawn il-€4.5 miljun.

Beppe Fenech Adami qal l-Kumitat kien irċieva dokumentazzjoni mill-Kontrollur Finazjarju Brian Azzopardi għalkemm ma jweġbux dak li intalab.

L-ewwel xhud kienet Josephine Farrugia, ex uffiċjal tal-Ministeru tat-Turiżmu bejn l-2015/17 u taħdem mas-settur tal-avjazzjoni u Kap Eżekuttiv tan-National Aero Space Centre. Dan iċ-Ċentru kien maħsub biex ikun hemm riċerka fl-avjazzjoni u jkun punt ta’ riferenza għas-settur. Kien il-Ministru Zammit Lewis li ngaġġa lil Farrugia.

Ix-xhud qalet li Malta riedet tattira turist ta’ kwalità u għalhekk ried isir investiment fi brand għal madwar 1,900 ajruport; din hi l-industrija tal-business jets. Hi sostniet li kien hemm valur fil-ftehim mal-Vista Jet.

Beppe Fenech Adami qal li hemm rapporti li d-direzzjoni biex isir il-kuntratt mal-Vista Jet kienet ġiet direttament minn Kastilja u l-MTA qatt ma kienet involuta fih. Jirriżulta wkoll li l-kelliem tal-FATTA ddikjara li hu ma jaf xejn dwar il-kuntratt mal-Vista Jet.

Ix-xhud qalet li ma tafx jekk il-kuntratt marx quddiem l-MTA u kompliet li ma kinitx involuta fit-tratattivi biex sar il-kuntratt mal-Vista Jet. Din kienet xi ħaġa konġuta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-MTA. Il-persuni involuti kienu l-Kap Eżekuttiv Paul Bugeja għall-MTA u l-parir mill-Ministeru kien mistoqsi lilha mill-istess Bugeja.

Josephine Farrugia kompliet li Paul Bugeja ma tahiex abbozz tal-kuntratt iżda għamillha mistoqsija dwar il-valur tal-Vista Jet, li hi waħda mill-kumpaniji ewlenin fis-settur tal-avjazzjoni.

Ix-xhud kompliet li Paul Bugeja kien semmielha biss lill-Vista Jet u staqsieha dwar investiment konġunt bħala branding u reklamar iżda ma qallhiex kemm kien jiswa. Hi qalet li tat il-parir bil-kelma u mhux bil-miktub għaliex dan kien proġett tal-MTA inkluż il-ħlas. Ma kellhiex għalxiex nistaqsi kemm kien se jiswa dan il-kuntratt ma wrewnix il-kuntratt, sostna ix-xhud, li kompliet kien il-Ministru Edward Zammit Lewis li kien inkarigaha biex titkellem mal-MTA.

Josephine Farrugia kompliet li kienet informat lill-Ministru li hi tat parir biex jidħol fi ftehim mal-Vista Jet. Ix-xhud qalet li hi qatt ma rat il-kuntratt mal-Vista Jet u qalet li l-firem tagħha ma kinux awtorizzazzjoni tal-pagamenti.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li x-xhud kienet iffirmat l-awtorizzazzjoni ta’ €202,500 u €150,000 f’pagamenti.

Josephine Farrugia wieġbet li għal dawn l-invoices kien hemm iktar budget għall-MTA u għalhekk iffirmat dawn il-formoli iżda hi l-MTA li toħroġ il-flus. Hiq alet li awtorizzat l-ammonti li għandhom jgħaddu għand l-MTA.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li Brian Azzopardi kien xehed li ma kkonsulta xejn għax kien qagħad fuq il-firma tal-istess Farrugia. Dwar dan hi wieġħbet li kienet qed tiffirma biex l-MTA ikollha l-budget allokat u dwar dan kienet tkellmet ma’ Paul Bugeja u miegħu għamlet il-verifiċi. Dwar l-invoice tal-Vista Jet, hi qalet li Bugeja għaddhiela l-invoice u hi iffirmat biex jinġieb il-budget. Nittama li l-Kontrollur Finanzjarju iċċekkja qabel inħareġ il-pagament, sostniet ix-xhud, li kompliet li kien Paul Bugeja li qallha biex tiffirma.

Ix-xhud qalet li wara kienet ivverifikat mal-kuntratt partikolarment fl-appendiċi fejn hemm stipulat dwar il-klikks fuq l-ipad tal-Vista Jet.

Beppe Fenech Adami qal li dan mhux minnu għax m’hemm ebda rata għal kull klikk li jsir fuq l-ipad; anzi m’hemm l-ebda riferenza.

F’dan il-mument ix-xhud ingħaddhielha l-kuntratt biex issib l-appendiċi li tkellmet dwarha u qalet li kienu qalulha li hemm dan il-ħlas ta’ €250 għal kull klikk fuq l-ipad. Hi qalet li kienet staqsiet lil Paul Bugeja dwar dan u kkorrġiet llha nnfisha li ma kienx hemm dan il-punt fil-kuntratt.

Dwar il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ €50,000 u l-klikks fuq l-ipad hi qalet li dawn ivverifikajthom ma’ Paul Bugeja.

Beppe Fenech Adami qal li l-forma ta’ awtorizzazzjoni hi ordni ta’ ħlas u mhux talba għall-flus lill-Ministru tal-Finanzi u żied li imkien ma jirriżulta dan.

Ix-xhud qalet li kien Paul Bugeja li qallha li din kienet talba għall-finanzi u kompliet li ma kinitx hi kienet kitbet isimha iżda hi iffirmatu.

Beppe Fenech Adami qal li x-xhud kienet iffirmat id-dokuemnt bla ma vverifikat il-fatti. Ix-xhud wieġbet li kienet fdat lill-Kap Eżekuttiv u qalet li żgur li l-Kap Eżekuttiv kien jaf li ħerġin il-flus.

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono staqsiet jekk normlament ikunx hemm bżonn approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti għal ħlasijiet kbar bħal dawn. Hi staqsiet lix-xhud jekk kienitx żgwidata dwar dawn il-ħlasijiet.

Ix-xhud qalet li hi kienet tati l-istess parir għaliex il-Vista Jet bdiet b’40 ħaddiem li telgħu għal 300 ħaddiem b’pagi ta’ €13-il miljun. Sal-bidu ta’ din is-sena kienu importati €70 miljuni f’ajruplani.

Mistoqsija minn Chris Said fejn jirriżultalha li l-Vista Jet ittir lejn 1,900 ajruport, ix-xhdu qalet li din l-informazzjoni tirriżulta mill-kontijiet tal-Vista Jet. Ix-xhud hi qalet li wara qrat il-kuntratt bejn l-MTA u l-Vista Jet u kompliet li ma ndunatx li kien hemm żbalji fil-klawsoli tal-kuntratt għax mhux kompitu tagħha li tinduna.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li fil-kuntratt hemm klawsoli għal kuntratti li ma jeżistux u staqsa jekk Farrugia kienitx qanqlet dan il-punt. Hu staqsa jekk il-kuntratt iġġedditx wara l-2018 għaliex hi spiċċat mill-impjieg fl-2017.

Mistoqsija kemm ġabet turisti lejn Malta, Josephine Farrugia wieġbet li minn mindu twaqqfet hemm 400,000 li wżaw il-jets u l-maġġoranza raw ir-riklamar. Meta Beppe Fenech Adami u Chris Said irrimarkawlha li kienu biss 70 u 140 klikk u staqsewha minn fejn jirriżulta dak li qalet ix-xhud, l-istess ix-xhud qalet li hemm media oħra. Chris Said qalet li d-dokumenti tal-istess Vista Jet igiddbu lix-xhud.

Il-Vista Jet ddikjarat li fl-2016 ir-riklami rawhom 4,000 u 6,000 fl-2017 bix-xhud tiddikjara li l-konklużjonijet tagħha kienet waslet għalihom skont ħsibijiet tagħhom u hemm ukoll artikli. Chris Said qal li jirriżulta li f’dawn l-artikli hemm biss sentenza waħda li tgħid l l-Vista Jet topera mnn Malta. Dwar kemm ġabet turisti Malta mill-95,000 f’sentejn, ix-xhud qalet li ma tafx din l-informazzjoni u ddikjarat li ma kinitx staqsiet dwar dan. Hi qalet li dan kien kuntratt għall-ġid nazzjonali għaliex meta n-nies mill-Argentina san-North Pole jisimgħu bil-Vista Jet, in-nies jaħsbu f’Malta.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-kuntratt jaħseb ukoll għal riklamar fuq stazzjonijiet f’Malta fosthom fuq stazzjonijiet lokali.

Beppe Fenech dami qal li fuq il-clips fuq stazzjonijiet barranin Malta ma tidher imkien bix-xhud twieġeb li tidher il-kumpanija.