Fl-aħħar sigħat irriżenja Frederick Schembri minn President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST wara li kien ilu fil-kariga ftit anqas minn sentejn, minn meta kien appuntat f’Ġunju 2018.
Jidher li r-riżenja tiegħu hija marbuta ma’ nuqqas ta’ governanza tajba u ħarsien tal-liġijiet tax-xogħol mill-amministrazzjoni tal-MCAST, immexija mill-Kap tal-Amministrazzjoni tal-MCAST, Philip Vella, li jwieġeb direttament lill-Prinċipal u l-Kap Eżekuttiv tal-Kulleġġ, James Calleja.
NET News hu infurmat li l-President tal-Gvernaturi spiċċa irriżenja hu wara li l-amministrazzjoni baqgħet ma rriżenjatx fuq l-eżodu tal-investigazzjoni dwar l-amministrazzjoni tal-MCAST.
Din sabet nuqqasijiet fil-ħarsien tal-liġi tal-impjiegi u l-governanza tajba iżda saret pressjoni biex kollox imut fuq ommu.
