Il-Kap tal-Assoċjazzjoni tat-Turkija jinsab kunfidenti li pajjiżu se jkun jista’ jospita l-finali tal-UEFA Champions League f’Awwissu. Nihat Ozdemir qal waqt konferenza stampa li l-kampjonat tal-pajjiż se jitkompla mit-12 ta’ Ġunju u l-istaġun jintemm sal-aħħar ta’ Lulju.
L-Istadium Olimpiku ta’ Ataturk f’Istanbul hu skedat li jilqa’ l-finali tal-akbar kompetizzjoni Ewropea tal-klabbs, iżda l-kompetizzjoni għadha ma tkomplitx minn meta ġiet sospiża fit-23 ta’ Marzu. It-tkomplija tal-kompetizzjoni ġiet f’dubju wara d-deċiżjoni tal-Ligue 1 li tħassar il-kampjonat Franċiż.
Il-UEFA kienet qed tittama li jekk l-istaġuni domestiċi jitkomplew f’Ġunju, ikun possibbli li l-logħbiet Ewropew jitkomplew fl-istess żmien. Iżda ikun hemm posponiment, hemm aktar ċans li dawn il-logħbiet jintlagħbu wara li l-istaġuni domestiċi jispiċċaw.
B’hekk tinfetaħ possibbiltà li l-UEFA Champions League tintlagħab bħala mini-tournament f’Istanbul f’Awwissu. Il-ħsieb tal-UEFA hu li l-finali tal-UEFA Europa League tintlagħab l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu f’Gdansk u l-finali tal-UEFA Champions League tintlagħab is-Sibt 29 ta’ Awwissu.
//= $special ?>