Il-Ministru Bonnici għal darb’oħra żelaq fin-niexef u naqas fir-rispett lejn l-għalliema meta prova jgħallimhom u jiddettalhom kif jagħmlu xogħolhom minn fuq Facebook.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u t-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali Parteċipattiv Clude Puli, il-Parit Nazzjonalista saħaq li mhux ta’ b’xejn li l-MUT ħarġet direttiva titlob lill-għalliema biex jinjoraw lill-Ministru tal-Edukazzjoni u t-talbiet tiegħu filwaqt li kkummentat li l-għalliema huma professjonisti u m’għandomx bżonn lezzjonjiet mingħand ħadd dwar kif jaqdu l-professjoni tagħhom.
Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jtenni l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li qed jagħmlu l-għalliema u l-edukaturi anke f’dan iż-żmien ta’ pandemija. Huma qamu għall-okkażjoni u qed jagħmlu minn kollox għal uliedna anke meta l-Ministeru ma kienx ippreparat biex jaffaċċja din il-krizi.