Internazzjonali

Mietet il-kantanta ta’ My Boy Lollipop

Il-kantanta mill-Ġamajka, Millie Small — magħrufa għall-kanzunetta famuża My Boy Lollipop — mietet fl-età ta’ 73 sena wara li sofriet attakk tal-puplisija.

Il-kanzunetta ‘My Boy Lollipop’ kienet ħarġet fl-1964 u waslet sat t-tieni post tal-klassifiċi tad-diski fir-Renju Unit u l-Istati Uniti, fejn biegħet ‘il fuq minn seba’ miljun kopja. Filwaqt li l-kanzunetta kienet l-ewwel ‘hit’ għal Millie, hi wkoll stabbilita bħala waħda mill-aktar produzzjonijiet tal-mużika ‘ska’ li qatt kisbu suċċess madwar id-dinja.

Il-fundatur ta’ Island Records, Chris Blackwell, kien introduċa lil Millie fix-xena tal-mużika f’Londra fl-1963 u kien hu li produċa l-versjoni tagħha ta’ ‘My Boy Lollipop’ li baqgħet popolari u ‘tal-widna’ sal-ġurnata tallum.