Futbol Sport

Paul Mbong jiffirma kuntratt fit-tul ma’ Birkirkara

(Ritratt: Birkirkara FC)

Wara li madwar ġimgħa u nofs ilu ġeddew il-kuntratti ta’ Claudio Bonanni u Oscar Carniello, Birkirkara komplew jaħdmu għall-istaġun li ġej. Huma ħabbru li ż-żagħżugħ Paul Mbong se jibqa’ magħhom fit-tul wara li ffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Għal Mbong dan se jkun l-ewwel kuntratt professjonali li wasal wara diversi prestazzjonijiet pożittivi fl-aħħar ġimgħat qabel kellu jieqaf il-Kampjonat Premier minħabba l-coronavirus. Mbong għamel id-debutt fl-ogħla diviżjoni l-istaġun li għadda iżda fi Frar u Marzu li għadda kien plejer regolari fit-tim ta’ Andrè Paus.

Mbong li għad għandu 18-il sena, beda l-aħħar ħames logħbiet fil-Kampjonat Premier kontra Balzan, Mosta, Valletta, Hibernians u Gżira United kif ukoll fit-telfa bl-għoti tal-penalties kontra Floriana fl-FA Trophy. Hu rnexxielu jiskorja wkoll l-ewwel gowl fil-Kampjonat Premier fis-16 ta’ Frar li għadda fir-rebħa ta’ 4-1 kontra Valletta.

Din l-aħbar tikkonferma l-legat li ħalla l-mibki eks plejer fosthom ta’ Hibernians Essien Mbong, hekk kif ħu Paul, Joseph Mbong, hu plejer stabbilit ma’ Hibernians u t-tim nazzjonali Malti.