Għal ħafna, m’hemm l-ebda rigal isbaħ minn dak li tgħin lil dawk li huma inqas ixxurtjati. Għall-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, Hospice Malta nediet bosta rigali adattati li wieħed jista’ jagħżel biex jiċċelebra din il-festa speċjali, u fl-istess ħin, jappoġġjaw lil Hospice biex ikomplu jipprovdu kura paljattiva, speċjalment matul dan il-perjodu diffiċli.
Ir-rigali jinkludu kotba, ħelu, pjanti, hampers, pupi tal-porċellana u pitturi. Dawn huma disponibbli onlajn fuq https://hospicemalta.org/online-shop/, filwaqt li tista’ wkoll tibgħat email lil shirley.micallef@hospicemalta.org jew iċċempel fuq 79009616 biex tagħmel l-ordni tiegħek. Kunsinni bla periklu u bla kuntatt huma inklużi fil-prezz.
Hospice tħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħżel wieħed mill-ħafna rigali sbieħ għal Jum l-Omm, u jappoġġja lil Hospice din is-sena. Il-fondi qegħdin jinġabru għal St Michael Hospice, kumpless ġdid għas-servizzi paljattivi li qiegħed jinbena għall-pazjenti kollha.
L-Għażla tar-Rigali ta’ Jum l-Omm ta’ Hospice Malta
“Paintings of Malta & Gozo” minn Doris Micallef, huwa ktieb miktub minn omm, u ddedikat għall-memorja ta’ binha Clifford Micallef (1964-2009), li tilef ħajtu traġikament waqt it-taħriġ għall-avveniment ta’ karità LifeCycle fl-istess ħin li ġie ppubblikat dan il-ktieb. Il-ktieb jinkludu wkoll xi xogħol fotografiku ta’ Clifford.
Ħelu u Kejkijiet
Hospice Malta għandha wkoll għażla ta’ ħelu u kejkijiet li żgur iġibu tbissima fuq wiċċ kulħadd, speċjalment fi żminijiet bħal dawn meta l-miżuri protettivi ta’ Covid-19 ma jħalluniex inżuru l-familjari tagħna.
Pjanti u Fjuri
Minn orkidej għal pjanti tal-bambu, Hospice Malta għandhom għażla ta’ pjanti u fjuri sbieħ u addattati għal din il-festa.
Pitturi u Pupi tal-Porċellana
Ir-rigali ta’ Jum l-Omm jinkludu wkoll xi ħaġa għal dawk l-ommijiet kollezzjonisti. Għażla ta’ pitturi u pupi tal-porċellana maħluqa minn Sabrina Debono, li ggradwat b’Masters Degree fl-Edukazzjoni, u wara tlettax-il sena ta’ ħidma edukattiva, kompliet fuq l-arti kreattiva.