Id-dinja għandha tevita għal kollox li wara l-kriżi tal-pandemija tkompli toħloq kriżi fit-tibdil tal-klima.
Dan il-kliem ingħad minn konsulenti tal-Gvern tar-Renju Unit fejn fost l-oħrajn qalu lill-Gvern Ingliż biex jinvesti aktar fit-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja.
Huma qalu li issa sirna konxji li ċertu xogħol jista’ jsir mid-dar, li persuni jistgħu jimxuha sax-xogħol jew li anki jagħmlu l-vjaġġ anki permezz tar-rota.
Il-konsulenti komplew billi qalu li issa jeħtieġ li jkun hemm pjan strateġiku ġdid biex jitħares l-ambjent kemm fir-Renju Unit, u kif ukoll fid-dinja.
//= $special ?>