Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, ħa sehem fis-sessjoni ‘Prime Minister’s Questions’ (fil-Parlament) għall-ewwel darba mindu rkupra mill-effetti tal-coronavirus. Hu, waqt diskors fil-House of Commons ta’ Londra, esperima dispjaċir qawwi għall-fatt ‘li d-djar għall-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali ġarrbu l-agħar effetti tal-epidemija qattiela tal-Covid-19’ .
Il-Professur Neil Ferguson irriżenja minn konsulent ewlieni għall-Gvern Britanniku fil-kriżi tal-coronavirus wara li ‘ikkomprometta l-pożizzjoni tiegħu b’deċiżjoni żbaljata’.
Ferguson, li l-pariri tiegħu lil Boris Johnson wasslu għal-lockdown fir-Renju Unit, qal li ‘jiddispjaċih li mar kontra l-messaġġi ċari għal social distancing’. Dan fost rapporti li mara li tinsab f’relazzjoni mal-professur kienet żaret id-dar tiegħu bi ksur tar-regoli tal-lockdown. Is-Segretarju tas-Saħħa Britanniku, Matt Hancock, qal li Ferguson ħa l-aħjar deċiżjoni fiċ-ċirkustanzi ‘meta mhix possibbli li l-professur ikompli jagħti l-pariri lill-Gvern’.
Aktar minn żewġ-terzi tan-nies li wieġbu għal stħarriġ f’20 pajjiż tal-Afrika qalu li jispiċċaw mingħajr ikel u ilma li kieku kellhom ikunu kostretti li jibqgħu d-dar minħabba l-Covid-19.
L-iskejjel reġgħu fetħu fil-provinċja ta’ Hubei – l-eks epiċentru tal-pandemija fiċ-Ċina – għall-ewwel darba mindu feġġ il-Covid-19 fl-inħawi lejn l-aħħar tas-sena l-oħra.
L-infezzjonijiet bil-Covid-19 fl-Iran żdiedu għal 101,650 – bi 78 mewta ġdida jżidu l-ammont ta’ vittmi fil-pajjiż għal 6,418. Ir-rata tal-infezzjoni fl-Iran qed tidher li reġgħet ħadet spinta wara tnaqqis preċedenti fin-numru tal-każi.
//= $special ?>