Il-Gvern Malti aċċetta li fis-sigħat li ġejjin idaħħal Malta 18-il immigrant. Dan minkejja li sa issa ma kien hemm ebda komunikat uffiċjali la mill-AFM u lanqas minn Kastilja.
L-aħbar kienet konfermata mill-media laburista, illi fuq is-sit tagħha qalet li dawn l-immigranti se jkunu fi kwarantina, f’post ta’ iżolament.
Il-Gvern qed jgħid li se jagħmel eċċezzjoni li jdaħħal f’Malta lit-trabi u tfal akkumpanjati minn ġenitur, kif ukoll lin-nisa tqal li hemm abbord dgħajsa li talbet għajnuna fl-aħħar sigħat.
Qed ikun irrappurtat li f’lejl wieħed biss ittripla n-numru ta’ persuni fuq bastimenti barra l-kosta Maltija fiz-zona SAR ta’ pajjiżna.
Bħalissa hemm 57 immigrant fuq il-bastiment Europa II u 105 immigrant fuq bastiment ieħor tal-Captain Morgan.
Dan flimkien ma’ 79 immigrant fuq il-bastiment ‘Marina’ barra l-kosta ta’ Lampedusa.
Il-media stess tal-PL ikkonfermat ukoll li sa issa l-Gvern Malti irnexxielu jikkonvinċi pajjiż wieħed biss li se joffri l-għajnuna.
//= $special ?>