Impenn għas-Saħħa Knisja Lokali Saħħa

Appell mill-qalb biex jiġu mgħejjuna l-foqra fil-Peru

L-Isqof Ġiovanni Cefai MSSP tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl li qed jieħu ħsieb il-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù, appella lill-Maltin u lill-Għawdxin biex jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom biex jgħinu lin-nies ferm foqra li hu jgħix u jaħdem fosthom, f’dan iż-żmien tant diffiċli.

Din hija missjoni awtentika kif ippriedka dan l-aħħar l-Papa Franġisku biex il-missjoni tkun wahda testimanjali b’xhieda qawwija Nisranija. Propju dan li qed jagħmel dan l-Isqof il-ġdid Għawdxi fejn fin-nuqqas ta’ makkinarju huwa stess kien fuq quddiem biex jinħatt trakk mimli xkejjer ta’ għaġin, ross, żejt u bosta affarijiet oħra essenzjali biex wara li flimkien ma’ sħabu l-membri l-oħra tal-istess Soċjeta’ li jinsabu f’din il-Prelatura.

Dawn ippakkjaw dawn l-oġġetti kollha f’diversi basktijiet li mbagħad tqassmu lil tant foqra li jinsabu fil-Muntanji ta’ Huancane. L-Isqof Cefai qiegħed iżur lill-familji fiż-żona fejn joqgħod hu li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ żmien diffiċli minħabba l-kwarantina.

Filwaqt li jieħu gost jgħinhom, huwa iżda jħoss dieqa kbira meta jarahom ibatu. Semma wħud mill-familji li jiltaqa’ magħhom, fosthom omm li trid trabbi ħamest itfal waħedha, familja b’ħamest itfal, li wieħed minnhom huwa mejjet u tliet ulied oħra għandhom bżonnijiet speċjali.

Il-wild l-ieħor irid jissapportja lill-familja kollha, filwaqt li l-omm għandha kundizzjoni medika, peress li ma tistax timxi, imma tqatta’ l-ġurnata kollha ssajjar għal familtha.

L-Isqof Cefai appella lil Maltin li jixtiequ jgħinu li jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu donazzjoni għal hemper li jiswa €10 liċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja, il-Ħamrun, u l-Għawdxin jistgħu jagħmlu dan billi jikkuntatjaw lil Fr. Norbert Bonavia, f’Dar Stella Maris fiż-Żebbuġ, Għawdex, jew direttament lill-BOV. Id-dettalji bankarji huma dawn: Nru tal-kont bankarju: 4001765874-8 BOV IBAN: MT44 VALL 2201 3000 0000 4001 7658 748 – BIC CODE VALLMTMT