Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Żewġ każi pożittivi – it-tnejn asintomatiċi

“Hemm is-suspett li l-virus ilu jiġri fl-Ewropa sa minn Novembru”

Fl-aħħar 24 siegħa 6 persuni oħra kienu mfejqa sabiex issa it-total ta’ persuni mfejqa huma 413. Minn 1,022, 2 persuni ttestjaw pożitiv sabiex in-numru ta’ każi attivi issa huwa dak ta’ 68. Sabiex il-każi totali kienu dawk ta’ 484.

Iż-żewġ persuni pożittivi huma; mara Maltija ta’ 77 sena li ma kellha ebda sintomi u ttestjat pożittiv waqt test ta’ rutina.

Dan filwaqt li tfajla ta’ 24 sena ttestjat pożittiv – hija kienet ukoll mingħajr sintomi. Il-mara, li hija omm, ħadet lil bintha għal swab minħabba li kellha is-sintomi madanakollu, it-tifla ttestjat negattiv filwaqt li l-omm immarkat pożittiv.

“Irridu nibqgħu nipproteġu lill-vulnerabbli”

Professur Gauci saħqet li ċ-ċifri qed juru li l-pandemija mhux qed taffettwa daqshekk lit-tfal, madanakollu xorta waħda jistgħu potenzjalment ikunu carriers u għaldaqstant iridu jinżammu ‘l bogħod minn persuni vulnerabbli.

Wara li ħabbret dan kollu, is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika appellat lill-pubbliku biex xorta waħda jżomm l-attenzjoni sabiex l-Awtoritajiet tas-Saħħa jkunu jibqgħu jirrilassaw aktar miżuri.

Profs Gauci spjegat li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed joffru li ssir forma ta’ screening kontra l-imxija ta’ dan il-virus f’postijiet tax-xogħol fejn iħadmu ħafna nies, fosthom fabbriki.

Fi Franza ġiet indikata l-possibilità li l-virus ilu fl-Ewropa minn qabel il-Milied

Hija saħqet ukoll li n-nies vulnerabbli għandhom joħorġu biss għall-affarijiet essenzjali, u appellat sabiex l-anzjani u l-vulnerabbli ma jistgħux jidħlu fl-istabbilimenti ġaladarba mhux ta’ bżonn għalihom. Profs. Gauci appellat lill-qraba u lill-ġirien ta’ dawn il-persuni sabiex inżommu lil dawn il-persuni siguri.

Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika saħqet li għandek kundizzjoni rari, b’mod speċjali fi tfal, li jista jkollok kumplikazzjonijiet. Dan b’rabta mar-rapport ta’ New York Times tal-konnessjoni bejn il-Kawasaki Disease u l-Covid-19.

Professur Gauci spjegat li hemm suspett li l-Coronavirus kien diġà qed idur fl-Ewropa sa minn Novembru wara xi testijiet li ħarġu pożittiv fi Franza.

Hemm persuni pożittivi li ma jinqabdux minn swab imma minn CT Scan

Hija saħqet li l-persuni li jridu jagħmlu eżerċizzju fiżiku m’hemm xejn li jżommok milli tagħmel dan (apparti il-persuni vulnerabbli), però importanti li tevita l-kuntatt ma’ persuni oħra, “Aktar ma tkun espost għal persuni oħra, aktar tkun espost għall-virus”.

Meta mistoqsija minn NET NEWS, Profs. Gauci ikkonfermat li hemm persuni li qed jiġu mmarkati pożittivi għall-virus minn CT Scans u mhux mill-iswabs. Madanakollu, filwaqt li saħqet li dawn “il-pożittivi” mhux qed jiġu elenkati mal-każi ta’ Covid-19 f’pajjiżna, dawn xorta waħda jinżammu taħt kwarantina – huma jissejjħu probable positives.