L-Esperjenza f’dawn iż-żminijiet difficli għall-ħadddiema u l-istudenti Għawdxin li jaħdmu Malta kienet it-tema ewlenija ta’ laqgħa virtwali bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u rappreżentanti tal-ħaddiema u l-istudenti; l-Għaqda Ħaddiema Għawdxin f’Malta u l-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG)
Din il-laqgħa hi waħda minn sensiela li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel ma’ stakeholders differenti li fiha qed jisma’ l-isfidi li qed jiffaċċjaw f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji u biex jgħin ħalli jitfasslu soluzzjonijiet.
Dan mhux biss għall-immedjat iżda wkoll għall-futur hekk kif is-setturi differenti tas-soċjeta’ se jkunu qed joħorġu minn din l-emerġenza f’realta’ differenti.
Il-PN qed ikompli jimxi pass pass mal-Għawdxin permezz ta’ dawn it-tip ta’ laqgħat. Iktar kmieni ix-xahar li għadda saret ukoll laqgha ohra mas-Sindki u Minority Leaders Għawdxin.
Minbarra l-Kap tal-Parit Nazzjonalista, preżenti għal din il-laqgħa virtwali kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said.
Wiehed irid ifakkar ukoll illi fl-aħħar jiem, iltaqa’ ghall-ewwel darba il-Kumitat Parlamentari dwar Għawdex li twaqqaf b’mozzjoni imressqa mill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>