Lokali

Inċident fil-Gżira jħalli raġel bi ġrieħi gravi

Arkivji

Inċident li seħħ tard ilbieraħ filgħaxija ħalla raġel ta’ 31 sena bi ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ għal ħabta tal-11.30pm fi Triq Xatt il-Gżira, il-Gżira. Jidher li dak il-ħin seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Kia Picanto misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena u vettura tat-tip Land Rover misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġwann.

Fil-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lis-Somalu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.