Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju 2020, ħames fergħat ġewwa Malta u Aġenzija f’Għawdex se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm.
Dawn huma Bormla, Luqa, Mellieħa, Qormi, Santa Venera u f’Ta’ Sannat Għawdex. Il-klijenti huma mħeġġa biex ma jmorrux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u minflok jużaw il-mezzi elettroniċi tal-BOV.
Il-klijenti jistgħu wkoll jinqdew billi jibagħtu email lil info@bov.com u jispeċifikaw it-tip ta’ servizz li jeħtieġu, in-numru tal-mowbajl, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa fejn normalment jinqdew. Inkella jistgħu jċemplu fuq +356 2275 3500 mit-Tnejn sal-Ġimgħa 8am sal-4pm.
Meta il-klijenti jżuru l-Bank, huma ġentilment imfakkra li għandhom: jużaw is-sanitizers provduti kemm fid-dħul u fil-ħruġ mill-Fergħa, jneħħu b’mod temporanju l-maskra meta jidħlu fil-fergħa u l-uffiċjal tal-Bank jeħtieġ jivverifika identità tal-klijent. Din il-proċedura ma tapplikax għall-klijenti li jilbsu visor trasparenti.
Il-klijenti għandhom iżommu wkoll id-distanza soċjali ta’ żewġ metri anke meta jkunu qedgħin jistennew fil-kju. L-impjegati tal-Bank se jkomplu jaqdu lill-klijenti minn wara l-perspex (screens protettivi). Għal aktar informazzjoni u aġġornamenti tal-BOV fuq COVID-19 jistgħu jinstabu fuq https://bov.com/content/covid-19-bov-updates.
//= $special ?>