Internazzjonali

Madonna ‘tammetti’ li mardet bil-coronavirus (iżda llum fieqet)

Il-kantanta Amerikana Madonna ‘ammettiet’ li mardet bil-coronavirus fiż-żmien meta hi li kienet għaddejja bl-aħħar tour dinji (Madame X).

Hi sostniet li issa ‘tinsab b’saħħitha’ iżda spjegat li, ftit ilu, testjat pożittiv għall-antibodies li juru li, xi darba, kienet infettata bil-Covid-19.

Madonna, li kontribwiet mal-miljun ewro lejn riċerka għal vaċċin effettiv kontra l-coronavirus qalet li ħassitha maridha lejn l-aħħar tat-tour (seba’ ġimgħat ilu) u li dak iż-żmien hi u l-artisti involuti fil-proġett ( li kienu mardu wkoll) ħasbu li kellhom l-effetti ‘ta’ xi influwenza kerha ħafna’.