Internazzjonali

Splużjoni tal-gass tħalli 9 mejta, bosta midruba fl-Indja

Tal-anqas 9 persuni mietu u 300 oħra indarbu fi splużjoni tal-gass li seħħet fin-nofsinhar tal-Indja. Fost il-mejta hemm tifla ta’ 8 snin.

Ħafna mill-midruba qalu li kellhom ħruq qawwi f’għajnejhom u kellhom diffikultajiet biex jieħdu n-nifs wara l-inċident fl-istat ta’ Andhra Pradesh.

Hu mifhum li l-isplużjoni seħħet wara li kien hemm ħruġ ta’ gass minn impjant ta’ LG Polymers u hemm il-biża’ li l-gass infirex f’area ta’ aktar minn żewġ mili.

Mal-1,500 resident ġew evakwati miż-żona.

Skont uffiċjali fiż-żona, in-nixxiegħa tal-gass seħħ wara li nirien ħakmu parti mill-impjant hekk kif ħaddiema kienu qed iħejjuh biex jerġgħu jixgħeluh wara li kienu rilaxxati xi restrizzjonijiet marbut mal-lockdown tal-Covid-19.