Tul l-aħħar 24 siegħa saru 1,137 test u minnhom kienu 3 il-każijiet ġodda ta’ persuni li rriżultaw pożittiv għall-imxija tal-Coronavirus. Il-każijiet f’Malta issa telgħu għal 489.
Tul il-bulettin mediku, is-Supridentent tas-Saħħa Pubbliku Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar sigħat ġew mfejqa 6 persuni oħra, bit-total ta’ persuni mfejqa huwa dak ta’ 419.
Il-każijiet ġodda huma dawn:
Żagħżugħa ta’ 27 sena u binha li ħarġu pożittivi waqt li kienu fi kwarantina għax ġew f’kuntatt ma’ persuna pożittiva. Il-Professur qalet li huma la kienu fi kwarantina ma kellhomx kuntatti ma’ persuni oħra.
Il-Każ ieħor huwa ta’ Għawdxi ta’ 34 sena li ma kellux sintomi. Huwa ttestja pożittiv u qiegħed f’iżolazzjoni waqt kwarantina. Huwa kien imur għax-xogħol imma ma kellux kuntatti ma’ persuni oħra.
//= $special ?>