Internazzjonali

Brian May ta’ Queen jiddaħħal l-isptar

epa08132250 Brian May of Queen attends the press conference ahead of the Rhapsody Tour at the Conrad Hotel in Seoul, South Korea, 16 January 2020. The band Queen is in Seoul for their Asian leg of 'Rhapsody' tour, and is scheduled to perform on 16 and 18 January, joined by vocalist Adam Lambert. EPA-EFE/CHUNG SUNG-JUN / POOL

Brian May, il-kitarrist tal-grupp Queen, iddaħħal l-isptar wara li ċarrat muskolu u meta tant spiċċa f’agunija li jinsab fi stat fejn ma jiflaħx jimxi waħdu.

May, li għandu 72 sena, sofra l-isfreġju waqt li kien qed jaħdem fil-ġnien u wara, bagħat messaġġ fuq il-media soċjali fejn qal li ‘ġralu hekk b’kaġun tal-entużjażmu eżaġerat’. L-indikazzjonijiet, għalissa, huma li l-kitarrist leġġendarju għandu jdum ftit biex ikun jista’ jimxi bħas-soltu.

Ir-Rocker veteran, fl-aħħar jiem, kien qed jiddeverti lin-nies minn sitwazzjoni ta’ lockdown permezz ta’ sensiela ta’ ‘micro-concerts’ u tutorials mużikali. Hu anki organizza s-sessjonijiet online fejn id-dilettanti ta’ Queen huma mistiedna biex jipprovdu l-versjonijiet tagħhom tal-kanzunetti miktuba minn Brian May.