Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Il-pjan għall-ħruġ mil-lockdown se jkun imħabbar nhar il-Ħadd

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jħabbar l-pjan tiegħu għal ħruġ mil-lockdown nhar il-Ħadd li ġej. Dan hekk kif lejn nofs Aril, ir-Renju Unit kien żied il-lockdown bi tliet ġimgħat oħra. Il-Ministri insistew li l-bidliet fil-miżuri mistenni jkunu modesti.

Is-Segretarju għall-Kultura Oliver Dowden qal li n-nies m’għandhomx jistennew bidliet kbar. Huwa żied jgħid li huwa d-dritt tan-nies li jkunu jafu d-direzzjoni li fiha sejjer il-pajjiż iżda qal li huwa vitali li tkun evitati t-tieni mewġa li ma tkun ikkontrollata.