Edukazzjoni Lokali

Il-PN jifraħ lill-President il-ġdid tal-KSU

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Matthew Xuereb li ġie elett mill-istudenti tal-Università ta’ Malta bħala l-President il-ġdid tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU).

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, Xoghol u Djalogu Soċjali Clyde Puli ċempel personalment lil Matthew Xuereb biex jawguralu tas-suċċess tiegħu fl-elezzjoni studenteska.

Mas-Sur Xuereb, Clyde Puli ddiskuta diversi temi ta’ interess komuni fis-settur edukattiv u ta’ benefiċċju għall-istudenti u s-soċjetà Maltija.