Il-Bord Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol, l-IFAB, għamel emenda temporanja fir-regoli tal-futbol biex jgħin dan l-isport fir-ritorn tiegħu wara l-waqfa sfurzata minħabba l-Covid-19. Ir-regoli hi li t-timijiet se jitħallew jagħmlu ħames sostituzzjonijiet kull logħba, bir-regola kienet proposta mill-FIFA. L-għan hu biex jgħinu lill-plejers fiżikament f’perjodu fejn se jkollhom jintlagħbu ħafna logħbiet fi ftit jiem waqt ix-xhur tas-sajf.
It-timijiet se jkollhom limitu ta’ tliet opportunitajiet waqt il-logħbiet biex jagħmlu dawn is-sostituzzjonijiet kif ukoll fil-ħin tal-mistrieħ, biex b’hekk tippreveni minn waqfiet bla bżonn. F’kompetizzjonijiet fejn hemm bżonn il-ħin barran, il-bidliet li ma jkunux seħħew, jistgħu jsiru fit-30 minuta żejda. Għalkemm il-bidla fir-regola se tidħol b’effett immedjat, jiddependi mill-kompetizzjonijiet individwali jekk jadottawx ir-regola. L-ewwel kampjonat li jista’ juża din ir-regola hu l-Bundesliga li mistenni jkompli bil-bibien magħluqa fis-16 ta’ Mejju.
L-IFAB qal li din l-emenda tapplika għal dawk il-kompetizzjonijiet li huma skedati li jispiċċaw qabel tmiem is-sena. Huma se jkunu qed jagħmlu reviżjoni tar-regoli fix-xhur li ġejjin biex jaraw jekk jistgħux ikomplu r-regola fl-istaġun li ġej. Ukoll, saret ċaqliqa fir-regola tal-VAR biex tħalli lil dawk il-kompetizzjonijiet li kienu jużaw it-tekonoloġija biex jekk u meta l-istaġuni jkomplu, ikunu jridu jwaqqfu t-teknoloġija.
//= $special ?>