“Il-bejgħ tal-passaporti m’għandux jinżamm askapitu tar-reputazzjoni ta’ pajjiżna. U huwa propju għalhekk li din l-iskema għandha tiġi sospiża immedjatament”.
Dikjarazzjoni ċara li saret mill-Kamra tal-Kummerċ f’laqgħa li kellha mas-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, illi tpoġġa’ mill-Prim Ministru bħala l-persuna responsabbli mill-IIP.
Il-Kamra tal-Kummerċ qed tgħid li l-iskema preżenti għandha tiġi sospiża sabiex l-immaġini ta’ Malta tibda tieħu r-ruħ wara d-daqqa li kellna fl-aħħar xhur fuq ir-reputazzjoni tagħna. Dan bil-għan li tinħoloq skema li tkun tassew qed toffri programm ta’ investiment f’pajjiżna.
Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi programm aktar b’saħħtu, u li jorbot lill-applikant ma’ pajjiżna, anke b’residenza effettiva u fit-tul.
Proposti oħra jinkludu t-tisħiħ tal-liġi eżistenti li tirregola lill-operaturi tal-IIP, filwaqt li għandu jissaħħaħ il-proċess ta’ analiżi fuq l-applikazzjonijiet.
David Xuereb, President tal-Kamra tal-Kummerċ, insista li ċ-Chamber lesta tkun ta’ spalla mal-Gvern f’dan il-proċess.
//= $special ?>