Mara li akkużat lill-eks Viċi-President Amerikan Joe Biden dwar aggrediment sesswali issa sejħet biex hu jirtira l-kandidatura biex, f’isem il-Partit Demokratiku, jikkuntesta kontra Donald Trump fl-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru.
Tara Reade, li tgħid li kienet sfat vittma ‘tal-aggrediment ta’ Biden’, 27 sena ilu, qed titlob biex hu jaċċetta r-responsabbiltà u jżomm lilu nnifsu kontabbli. Hi sostniet li l-kandidat Demokratiku mgħandux il-karattru xieraq biex jikkuntesta għall-White House – u meta Joe Biden qiegħed jiċħad l-akkużi ta’ Reade.
Din, il-mara, li llum għandha 56 sena, kienet staff assistant ma’ Biden bejn l-1992 u l-1993 meta hu kien is-Senatur għall-Istat ta’ Delaware. Hi rakkuntant li dak iż-żmien spiċċat il-vittma ta’ att indiċenti taħt idejn Biden ‘li kien sforza ruħu fuqha u li, wara li hi rreżistietu, qalilha li ma kienet tfisser xejn għalih’.
Tara Reade, waqt intervista, esprimiet ix-xewqa li Biden jirtira mit-tellieqa għall-White House ‘iżda taf li hu mhux se jikkunsidra din il-possibbiltà’.
Il-mara hi lesta wkoll biex tkun suġġetta għal lie-detector test biex turi li qed tgħid il-verità – u bil-kundizzjoni li anki Joe Biden jgħaddi minn din il-prova.
Tara Reade, intant, żvelat li rċeviet theddida kontra ħajjitha wara li s-sostenituri ta’ Biden akkużawha bħala ‘aġenta għar-Russja’.
Min-naħa tagħha, Kate Bedingfield, id-direttur tal-komunikazzjonijiet għall-kampanja ta’ Biden, qalet li l-allegazzjonijiet ta’ Reade fihom ‘l-inkonsistenzi’. Sadanittant, Joe Biden fisser l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu bħala ‘foloz’.
//= $special ?>