Coronavirus Sport Sport Ieħor

Andrea Gaudenzi jgħid li t-tennis jista’ jirritorna din is-sena

(Ritratt: atptour.com)

Iċ-Chief tal-ATP Tour, Andrea Gaudenzi qal li it-tennis jista’ jirritorna din is-sena minekjja li wħud issuġerew li din is-sena ma jintlagħabx tennis minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Gaudenzi qal li ma jkunx għaqli li tinqata’ l-kundanna minn issa dwar x’ jista’ jiġri aktar tard matul is-sena filwaqt li saħaq li għandna nkunu ottimisti.

Hu kompla li jista’ jkun hemm numru ta’ xenarji diferenti bħal li l-logħbiet jintlagħabu bil-biebien magħluqa u jkun hemm restrizzjonijiet dwar vjaġġar. Gaudenzi li ħa t-tmexxija tal-ATP f’Jannar qal li għat-tennis huwa aktar diffiċli li jirritorna meta kkomparat mal-futbol, minħabba r-restrizzjonijiet tal-ivjaġġar. Hu temm billi qal li ħadd ma jaf meta din il-pandemija se tintemm iżda hu fiduċjuż li t-tennis jista’ jirritorna fix-xhur li ġejjin.

L-istaġun tat-tennis ġie sospiż fil-bidu ta’ Marzu, bis-sospensjoni mistennija tkompli sa nofs Lulju meta numru ta’ pajjiżi jkunu għadhom taħt lockdown. Il-Grand Slam ta’ Wimbledon ġie kkanċellat filwaqt li l-French Open ġie sospiż għal Settembru minn Mejju. Il-futur tal-US Open li normalment isir lejn l-aħħar ta’ Awwissu għadu mhux ċar.