Ċiklist mill-Filippini iddaħħal b’urġenza l-isptar Mater Dei wara li aktar kmieni llum kien involut f’ħabta ma’ vettura.
Ir-raġel, li għandu 39 sena u li huwa residenti San Pawl il-Baħar kien qed isuq rota fi Triq Ħal Qormi, il-Ħamrun, meta għal xi raġun kellu impatt ma’ karozza tat-tip Peugeot 3008 misjuqa minn raġel ta’ 39 sena wkoll u residenti Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00am.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fil-post u ġie msejjaħ ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna kif ukoll ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-isptar għall-kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.
//= $special ?>