Eluf ta’ ċiklisti inġemgħu fil-belt kapitali tas-Slovenja, Llubljana biex jipprotestaw kontra l-Gvern hekk kif qed jallegaw li l-Prim Ministru Janez Jansa qed juża l-pandemija bħala skuża biex iżid il-poteri lill-pulizija u jrażżan il-libertà tan-nies.
Il-grupp saħaq li l-politika ta’ Jansa qed isservi biex tinċita l-mibegħda kontra l-immigranti u jiżdiedu l-attakki personali kontra l-ġurnalisti.
Ħafna miċ-ċiklisti li saqu fit-toroq tal-kapitali libsu maskri u ppruvaw iżommu mad-distanzi soċjali mitluba mill-awtoritajiet.
//= $special ?>