Kull min irid imur jgħum fil-bajjiet ta’ Canet d’en Berenguer f’ Valencia das-sajf, irid jibbukkja postu bil-quddiem.
Dan hekk kif l-awtoritajiet tal-post iddeċidew li sabiex jiġu rrispettati d-distanzi soċjali meħtieġa, huma se jkunu qed jagħtu permess biss għal 5,000 persuna fuq il-bajja, jew madwar in-nofs ta’ kemm ikun hemm nies normalment f’ġurnata sajfija f’dawn il-bajjiet.
L-istess awtoritatjiet ħejjew app biex dak li jkun ikun jista’ jassigura ruħu minn post fuq ix-xtajta.
Pere Joan Antoni Chordà, is-sindku tar-raħal qal li dan se jkun Sajf differenti u li l-bajja se tieħu xejra ta’ ‘business class’.
//= $special ?>