Is-sewwieqa ta’ Mercedes u Renault, Lewis Hamilton u Daniel Ricciardo tkellmu mal-midja dwar kif jaħsbuwa dwar il-bidu tal-istaġun il-ġdid fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus.
Is-sitt darbiet champion tad-dinja, Lewis Hamilton qal li l-bidu tal-istaġun mingħajr partitarji se jkun stramb iżda jinsab motivat u preparat biex jirritorna fiċ-ċirkwit wara numru ta’ xhur wieqaf. Dan qalu fid-dawl li l-Grand Prix ta’ Silverstone jista’ jsir mingħajr partitarji. Għal Hamilton dan hu Grand Prix speċjali minħabba li l-maġġoranza tal-partitarji jkunu Ingliżi. L-Ingliż iddeskriva lill-partitarji bħala dawk li jagħmlu t-tlielaq eċitanti.
L-Awstraljan ta’ Renault, Daniel Ricciardo qal li qed iħares b’ottimiżmu lejn l-istaġu il-ġdid u bħal Hamilton jixtieq jirritorna fiċ-ċirkwit. Ricciardo qal li qed jistenna li l-ewwel Grand Prix ikun iddominat minn xi ftit ta’ kaos minħabba li s-sewwieqa ilhom minn Diċembru ma jsuqu b’mod kompetittiv. L-istaġun tal-Formula 1 kellu jibda f’Marzu li għadda permezz tal-Grand Prix tal-Awstralja. Issa l-Formula 1 qed taspira li tagħti bidu għal dan l-istaġun fil-bidu ta’ Lulju b’żewġ Grand Prix fiċ-ċirkwit ta’ Red Bull Ring fl-Awstrija.
//= $special ?>