“Għandna 64 jum ta’ stress aktar fis-sena”
Minkejja li f’20 sena d-dinja immodernizzat ruħha u l-affarijiet suppost saru aktar sempliċi, studju mwettaq f’università f’Pennsylvania, fl-Istati Uniti, wera li ħajjitna saret aktar stressanti mill-aħħar snin tal-20 seklu.
Ċifri miġbura minn madwar id-dinja qabel il-kriżi pandemika ta’ Covid-19 urew li mal-mhedda tas-soċjetà hemm firxa ta’ stress qawwi – minn tfal sa anzjani. L-aktar affettwati huma dawk l-adulti fil-mezz’età, bejn il-45 u l-64 sena.
Esperti saħqu li fl-aħħar 10 snin il-qabża fl-istress kienet ta’ madwar 19% aktar mis-snin 90 – dan ifisser 64 ġurnata ta’ stress aktar fis-sena. Huma saħqu li għalkemm kellna avvanz teknoloġiku qawwi f’dawn is-snin, il-ħajja saret aktar mgħaġġla, u għandna aċċess għall-aħbarijiet b’kontinwità assoluta – kemm dawk tajba kif ukoll ħżiena, mimlija traġedji.
Ir-riċerkaturi saħqu wkoll li meta kkumparat, bosta persuni tul dawn is-snin huma inkwetati bl-inċertezza ekonomika u għaldaqstant ħafna drabi kemm il-miżżewġin ftit ikollhom ċans iqattgħu ħin flimkien taħt l-istess saqaf kawża tax-xogħol.
Dan filwaqt li taw tort ukoll lill-użu tal-ismartphones fejn skonthom mhux iħallu minuta kwiet lil bniedem jaħseb u jirrifletti sabiex jikkalma.
//= $special ?>