2,100 nightclub f’Seoul ingħalqu mill-awtoritajiet wara li l-Belt fil-Korea t’Isfel irreġistrat 18-il każ ġdid tal-Covid-19. 17 minn dawn il-każi huma marbuta ma’ raġel ta’ 29 sena li żar tlett klabbs is-Sibt li għadda.
Ir-raġel ittestja pożittiv għall-virus nhar it-Tlieta.
Skont Jeong Eun-kyeong, id-direttur għaċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Infezzjonijiet tal-Korea, ir-raġel kien żar tlett klabbs fiż-żona ta’ Itaewon u ma kienx liebes maskra ta’ protezzjoni.
Skont rekords tan-numru ta’ viżitaturi, madwar 1,500 klient żaru l-klabbs nhar is-Sibt.
Uffiċjali ħeġġew lil kull min żar il-klabbs imsemmija bejn id-29 t’April u s-6 ta’ Mejju biex imorru għat-testijiet u biex joqgħdou fi kwarantina sabiex jevitaw li jkomplu jferrxu l-virus.
//= $special ?>