Knisja Lokali

Il-PN jsellem u jirringrazzja lill-membri tal-M.U.S.E.U.M.


Il-Partit Nazzjonalista sellem b’mod partikolari llum id-9 ta’ Mejju, festa tal-qaddis Malti San Ġorġ Preca, lill-membri kollha tas-soċjetà tad-duttrina tal-MUSEUM.

Fi stqarrija maħruġa fl-okkażżjoni ta’ din il-festa, Il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija ffirmata mis-Segretarju Ġenerali, Francis Zammit Dimech, fakkar kif mill-bidunett s-soċjetà ħadet ħsieb li x-xerred l-valuri t-tajba u tipprepara diversi ċittadini sabiex jservu sewwa fil-pajjiż tagħna. L-istqarrija tkompli tgħid li aħna li aħna fit-twettiq tal-ġid komuni mertu wkoll ta’ din il-ħidma qawwija u kostanti. Kien x’kien iż-żmien, is-sejħa u l-missjoni ta’ dan il-qaddis kbir saret.

Il-Partit Nazzjonalista qal li propju għalhekk li f’dan il-jum għażiż ghalina lkoll, ried juri pubblikament l-apprezzament tiegħu lejn l-impenn u s-sagrifiċċji li jsiru minn diversi membri tagħha. Fl-istess ħin sellem ferm aktar lil dawk li minħabba s-sitwazzjoni preżenti ma jistgħux ikomplu jiffurmaw u jgħallmu lil uliedna.

L-istqarrija temmet b’ringrazzjament tal-ħidma tal-membri tal-M.U.S.E.U.M. fis-soċjetà li tfittex l-ġid tal-proxxmu u s-sewwa.