Minkejja li ta’ kuljum, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci tappella biex niqbgħu nimxu mad-direttivi tagħha u biex inżommu d-distanzi soċjali fl-isfond taċ-ċirkustanzi marbuta mal-Covid-19, fl-aħħar jiem kienet evidenti ż-żieda ta’ persuni barra f’diversi żoni f’pajjiżna.

Żdiedu n-nies li qed joħorġu għall-qadjiet, biex imorru fil-banek, imma anke n-nies jimxu, in-nies fil-kampanja u aktar w’aktar fil-bajjiet.

Ħafna aktar mill-aħħar ġimgħat kienu l-karozzi fit-toroq, kif ukoll in-numru ta’ karozzi fil-parkeġġi pubbliċi u f’żoni qrib il-bajjiet.
