Miljuni ser jaraw t-tlielaq tal-World Pro Racing
World Pro Racing, kumpanija Maltija fil-qasam tal-e-sports, issieħbet ma’ ESPN sabiex jixxandru t-tlielaq fuq l-istazzjon ta’ fama internazzjonali b’miljuni ta’ segwaċi.
It-tlielaq li torganizza WPR dejjem ġew imxandra fuq l-internet b’mod internazzjonali, però issa din qed titqies bħala staffa ogħla fejn it-tlielaq se jintwerew lil udjenza enormi. Mhux talli hekk biss iżda WPR tħares it-tlielaq li torganizza mid-direttur tat-tellieqa li huwa liċenzjat mill-FIA, Adrian Figallo kif ukoll George Muscat.
Figallo sostna li b’dan il-pass ser ikunu qed jagħtu l-esperjenza tad-dinja reali tal-Motorsport lis-sewwieqa li jieħdu sehem f’dawn it-tlielaq. “Issa aktar minn qatt qabel qed naraw diversi sewwieqa mid-dinja tas-sim racing imorru fid-dinja reali tal-motorsport, b’hekk ix-xufiera jkunu ppreparati għal dak li se jkunu qed jaffaċċjaw fuq it-trakka”. Huwa sostna li World Pro Racing ser tiġi bżonn aktar nies biex jiġu mħarrġin fil-qasam tal-istewarding ta’ dawn it-tlielaq virtwali.
Fil-jiem li ġejjin se jitħabbru tlielaq professjonali li l-pubbliku ser ikun jista’ jara kemm fuq ESPN+ kif ukoll fuq l-internet fil-kumdità ta’ darhom. L-ewwel tellieqa li ser ixxandar WPR hija l- kampjonat tal-Griiip G1 Virtual Series, fejn ser itellqu sewwieqa reali kif ukoll uħud mill-aqwa sewwieqa mondjali fis-sim racing minn diversi pajjiżi, bħall-Brażil, l-Italja, lis-Slovenja, l-Ingilterra kif ukoll Malta fost pajjiżi oħra.
Minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 is-sim racing ħa spinta kbira u għen ħafna xufiera tal-Motorsport reali biex ikomplu jitħarrġu kif ukoll jidħlu fid-dinja tal-e-sports.
//= $special ?>